Ħaddiem tad-Dipartiment tat-Tindif jista’ jgħodda b’waħda meta waqt li kien qed jgħamel xogħol fi triq ta’ Ħal Far intlaqat minn vettura li kienet għaddeja.
Ir-raġel, li għandu 57 sena, ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura b’xi ġrieħi f’rasu u f’daru.
Il-karozza li laqtitu hija Honda Civic u kienet qed tinstaq direzzjoni lejn Ħal Far minn raġel ta’ 32 sena mill-Mosta.
Il-Pulizija qed tinvestiga.