Ħaddiem ta’ 41 sena min-Nadur Għawdex, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ndarab waqt il-lant tax-xogħol f’Marsaxlokk.
Il-każ seħħ llum, għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu fl-inħawi ta’ Triq it-Trunċiera, Marsaxlokk.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqt li żewġ għaddasa kienu qegħdin jagħmlu xi xogħolijiet, iċċaqalqet blokka tal-konkos bil-konsegwenza li laqtet wieħed minnhom, raġel ta’ 41 sena residenti n-Nadur, Għawdex,
Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza u ambulanza, skortata mill-Pulizija tad-Distrett, ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.