Żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Moldova u li joqgħod il-Gżira, ittieħed l-isptar Mater Dei wara li waqa’ xi ħadid fuqu waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu, f’sit ta’ kostruzzjoni li jinsab fi Triq Nazju Ellul fil-Gżira.
Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.