Raġel ta’ 57 sena residenti l-Fgura ndarab gravi waqt li kien qed jgħin biex jinħattu xi kaxxi minn container fil-power station ta’ Dellimara.
Jidher li r-raġel inqabad bejn il-kaxxi meta dawn waqgħu minn fork lifter li kien qed iġorrhom. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00 u r-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.