Raġel ta’ 37 sena ndarab gravi wara li waqa’ tliet sulari meta ċeda s-saqaf li kien qed jaħdem fuqu f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ fil-11:30 fi Triq Spinola, San Ġiljan.Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel Taljan ta’ 37 sena residenti Ħal Lija kien sofra xi ġrieħi wara li waqa’ madwar tliet sulari peresli ċeda saqaf li kien qed jaħdem fuqu.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.