Indjan ta’ 54 sena, li joqgħod il-Pietà, indarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum, waqt li kien qed jaħdem fl-Università ta’ Malta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ dalgħodu.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.