Ħaddiem ta’ 34 sena ndarab gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular f’Bormla.
Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-għaxra f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li ħaddiem ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar, weġġa’ wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu lir-raġel li ttieħed permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.