Raġel indarab gravi waqt li kien qed jaħdem f’Ħal Għaxaq.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq iċ-Ċimiterju, Ħal Għaxaq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li aktar kmieni, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, ir-raġel, li huwa mill-Maċedonja għandu 47 sena u residenti Wied il-Għajn, sofra xi ġrieħi f’idu ma’ xi makkinarju waqt li kien qiegħed jaħdem.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.