Raġel indarab gravi waqt l-ħin tax-xogħol f’barriera fin-Naxxar.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-kwarta f’barriera fi Triq Wied Filep, limiti tan-Naxxar.
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 59 sena, residenti l-Imġarr, kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jagħmel xogħol b’makkinarju fil-barriera.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u b’ambulanza r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.