Il-Qorti tal-Prim Awla Ċivili ordnat sabiex Raymond Zarb jiġi kkumpensat €16,317, wara li ndarab waqt li kien qed jiġbor iż-żejt mill-baħar fix-xatt tal-Birgu fl-2005.
Zarb, li kien ħaddiem ta’ Industrial Projects Services Limited, għamel din il-biċċa xogħol li kienet mitluba mill-Ministeru għat-Turiżmu ta’ dak iż-żmien.
Il-Qorti rat kif minħabba l-inċident Zarb sofra diżabilità permanenti u li kawża ta’ dan kellu jsib xogħol ieħor b’paga baxxa.
Intqal ukoll kif għalkemm Zarb kien liebes l-ilbies protettiv, xorta ma kienx biżżejjed sabiex jevita dan l-inċident.
L-Imħallef qies bosta fatturi u talab lill-kumpanija tikkumpensa għad-danni li sofra Zarb.