Ħaddiem indarab b’mod serju waqt li kien qed iwettaq xogħolu fil-Manikata, għal ħabta tas-07:15 ta’ dalgħodu.
L-ewwel indikazzjonijiet huma li r-raġel indarab serjament wara li waqa’ bejn bini u blat, f’post dejjaq ħafna. Kienet operazzjoni diffiċli biex dan seta’ ttella’ minn fejn kien.
Il-Pulizija u ambulanza marru għall-assistenza tal-ħaddiem, li ttieħed l-isptar Mater Dei.
Kien biss ġimgħa ilu li ħaddiem ieħor waqa’ għoli ta’ żewġ sulari u sofra ġrieħi gravi fl-istess raħal żgħir.