Ħaddiem li kien qed jagħmel xi xogħol fi Triq il-Fuħħar fil-Manikata waqa’ għoli ta’ żewġ sulari.
Mill-ewwel stħarriġ li għamlet il-pulizija jidher li waqt li raġel kien qiegħed fuq bejt, għal xi raġuni waqt f’shaft għoli ta’ madwar żewġ sulari. Ir-raġel li għandu 47 sena u huwa residenti Bormla ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għall kura medika.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li ma jinsabx fil-periklu tal-mewt iżda sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.