Raġel ta’ 33 sena residenti l-Gżira sofra ġrieħi ħfief wara li waqa’ waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11:45, fi Triq il-15 t’Awwissu fil-Qrendi.
Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku flimkien mal-Protezzjoni Ċivili li assistew fl-operazzjoni sabiex ittella’ r-raġel mill-ħofra li sab ruħu fiha.
Fuq il-post mar ukoll tabib tal-emerġenza sabiex jassisti lit-tim mediku tal-ambulanza.
Huwa ttiħed lejn l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief.