Ħaddiem li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs għoli f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ propju lbieraħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq l-Imrieħel, Birkirkara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.