Żewġt irġiel Torok sofrew ġrieħi gravi wara li waqa’ scaffolding li kienu qed jaħdmu fuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn f’binja fi Triq It-Tiġrija, in-Nadur.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li żewġt irġiel Torok, wieħed ta’ 51 sena u l-ieħor ta’ 39 sena, it-tnejn residenti n-Nadur sofrew xi ġrieħi wara li waqa’ scaffolding li kienu qed jaħdmu fuqu.
Il-vittmi ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u aktar tard ġew ċċertifikati bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol
għadhom għaddejjin.