Somalu ta’ erbgħa u għoxrin sena weġġa’ serjament wara li waqa’ minn fuq kontejner tal-merkanzija, fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 ta’ dalgħodu.
Tim mediku ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.