Raġel ta’ 36 sena minn Ħal Qormi sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident f’garaxx fil-Qrendi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu fi Sqaq il-Mitħna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-ewwel investigazzjonijiet rriżulta li xi folji tal-ħġieġ li kienu qed jinġarru waqgħu fuq il-vittma.
Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.