Ungeriż ta’ 27 sena li joqgħod San Ġiljan weġġa’ gravi.
L-inċident seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq id-Dejma, iż-Żejtun għal ħabta ta’ sagħtejn u nofs ta’ wara nofsinhar,
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet ġo xaft u waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.