Raġel ta’ 43 sena mill-Kosta tal-Avorju u joqgħod Ħal Qormi, weġġa’ gravi f’inċident fuq il-post tax-xogħol.
L-inċident seħħ għall-ħabta 5:45pm tal-bieraħ filgħaxija fi Triq Bir Miftuħ fil-Gudja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħu membri mill-korp tal-Pulizija li minn investigazzjoni preliminari li ħejjew, irriżulta li r-raġel inqaleb b’makkinarju li kien qed iħaddem.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.