Ħaddiem ta’ 44 sena residenti n-Nadur waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 10.30a.m fis-Swieqi. Il-vittma ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.
Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa,