Ħaddiem ta’ 45 sena minn Ħal Luqa sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ travu fuqu.
Il-każ seħħ għall-9 ta’ filgħodu fi Triq Ħal Farruġ waqt li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.