Bulgaru ta’ 50 sena, li joqgħod San Pawl il-Baħar, tilef ħajtu wara waqa’ madwar tliet sulari, waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00am, fi Triq Karmnu Abela.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, imma sfortunatament il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta