Raġel ta’ sitta u tletin sena mill-Bangladesh qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ sular għoli minn fuq scaffolding li kien qiegħed jaħdem fuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq il-Katidral, Tas-Sliema.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.