Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Salvu Psaila, Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30.
Mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li Taljan ta’ 39 sena, residenti San Pawl il-Baħar, kien waqa’ għoli ta’ madwar sular minn fuq sellum.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.