Il-Gvern ma jistax jippublika l-kuntratt tal-Lottu, għax il-mod kif sar il-ftehim jagħti lok għas-segretezza. Anke l-privatizazzjoni taċ-ċilindri tal-gass u partijiet sostanzjali mill-kuntratt dwar l-Airport.
Dan kollu fakkru l-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt attività politika f’Marsascala.
Għall-kuntrarju, “ħa nkunu l-ewwel Gvern li ha jkun ippublika l-kuntratti kollha maġġuri tiegħu” qal il-Prim Ministru, filwaqt li qal li ħaddieħor jippriedka t-trasparenza, imma dan il-Gvern iwettaqha.
Fi ftit tas-snin oħra, it-tanker tal-gass ikunu tneħħa u jkunu hemm pipeline li jgħaqqad lil Malta mal-Italja.
Ma qbilniex ma ħafna mill-affarijiet milli għamlu, imma fejn għamlu tajjeb, m’għandiex niddejqu ngħidu li tajjeb.
“Attakka lilna, mela tattakka lill-mistiedna ta’ dan il-pajjiż?” irrimarka Muscat, b’referenza għall-imġieba ta’ Simon Busuttil mal-ftuħ tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Qal li l-Maltin u l-Għawdxin għandhom sens kbir ta’ kburija u jħossu li verament il-pajjiż m’għandux għalfejn ikollu kumpless ta’ inferjorità.
“L-ideat m’għandhomx daqs” stqarr Muscat, imma jgħodd biss kemm jiswew. “B’wiċċi minn quddiem, nawgura lil dan il-poplu, għall-ġejjieni tagħna” temm jgħid il-Prim Ministru.