Fi stqarrija l-Gvern qal li l-impjegati kollha li twaqqfilhom il-kuntratt mill-kumpanija Arrow Pharm ġew impjegati mill-kumpanija l-ġdida li xtrat partijiet mill-Arrow-Pharm ġewwa Ħal Far.
Dan sar b’reazzjoni għal rapporti qarrieqa maħruġa mill-media tal-Partit Nazzjonalista dwar sensji mill-kumpanija Arrow Pharm il-Gvern spjega li din il-kumpanija għaddejja minn proċess ta ristrutturar u li l-ebda impjegat m’hu se jitlef xogħlu.
Apparti din il-kumpanija hemm numru ta’ kumpaniji oħra li huma lesti li jimpjegaw dawn il-ħaddiema. Il-Gvern fakkar li is-sitwazzjoni bħalissa hija li n-numru ta’ impiegi vakanti fil-qasam farmatewċiku jeċċedi n-numru ta ħaddiema li twaqqfilhom il-kuntratt.
Il-Gvern huwa kommess li jkompli jżid l-investiment fil-qasam farmaċewtiku u fakkar bl-investiment ta ħmistax-il miljun li tħabbar dan l-aħħar mill-kumpanija CETIC Pharmaceutical Limited. Investiment li se jkun qed joħloq sittin impieg ġdid fi tliet snin.