Ħadd ma ndarab meta appartament f’Għajnsielem f’Għawdex inħakem minn nirien.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-9:30 fi Triq Malta f’Għajnsielem f’Għawdex meta ntlemaħ duħħan ħiereġ mill-apparat tal-arja kkundizzjonata. Ġara li proprju ftit tal-ħin wara dan inħakem minn nirien fejn kien għalekk li ġew mgħarrfa l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
Mal-wasla l-Protezzjoni Ċivili bdew il-ħidma tagħhom fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.