Raġel mgħammad u li kien armat b’sikkina daħal f’ħanut fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi għall-ħabta tad-21:15 tal-Ħadd filgħaxija fejn talab il-flus lill-kaxxier li kien xogħol fl-istess ħanut.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ waqt din is-serqa filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxijiet għall-ħalliel.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dwar il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret inkjesta, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.