Ħadd ma weġġa’ wara li t-Tnejn waranofsinhar sfronda saqaf ta’ maħżen f’Santa Venera. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16:30 fi Triq Antonio Miruzzi.
Immedjatament fuq il-post issejħu ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku mill-isptar Mater Dei.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li s-saqaf mgħobbi bil-materjal fil-pjan terran, sfronda fuq is-sular ta’ taħtu.
Minkejja li ma’ kien hemm l-ebda feriment, il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili baqgħu fuq il-post sakemm ġiet studjata l-istruttura tal-kumplament tal-binja u sar l-ewwel aċċess mill-esperti tal-Qorti.
Dwar dan il-każ inħatret Inkjesta Maġisterjali.