Fortunatament ħadd ma weġġa’ wara li vann ħa n-nar fil-Bypass tal-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu.
Kelliem għall-Pulizija stqarr ma’ ONE News li l-vann kien qiegħed jinstaq meta għal xi raġuni ħa n-nar.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew f’dan l-inċident.
Konsegwenza tal-inċident il-Bypass direzzjoni Tramuntana ingħalqet għal xi ħin għat-traffiku. Hu mifhum li s-sitwazzjoni kienet ikkontrollata fi ftit tal-ħin.
Ritratt: MRTU