Ħadd ma weġġa’ wara li dalgħodu żviluppaw xi nirien fi blokka appartamenti li tinsab fi Triq Dun Karm Sant f’Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.