Terremot li laqat l-ibħra tal-Karibew kien il-kaġun wara twissija qasira ta’ tsunami u evakwazzjoni li saħansitra waslet fi xtajta internazzjonali fosthom sal-Istat Amerikan ta’ Florida.
It-terremot laqat diversi pajjiżi fosthom il-Jamaica, il-gżejjer Cayman u Kuba. Il-midja internazzjonali rrapurtat li diversi binjiet iċċaqalqu u nħasset rogħda qawwija madwar il-Karibew.
Saħansitra xi uffiċini f’Miami, f’partijiet ta’ Jamaica u f’Havana ġew evakwati.
Minkejja dan, l-ebda fatalità u l-ebda nies midruba ma kienu irrapurtati.
Huwa mifhum li t-terremot kien taħt l-ilma u kien fond 10 kilometri. Apparti hekk, kellu qawwa ta’ 7.7 skont stħarriġ ġeoloġiku li sar fl-Istati Uniti.