Ħadd ma weġġa’ meta nirien ħakmu parti mil-Lukanda Preluna f’Tas-Sliema. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu, meta ntalbet l-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili minħabba n-nirien li kienu tkebbsu fil-lukanda fuq ix-xatt ta’ Tas-Sliema.
Minn informazzjoni li ksibna minn fuq il-post, jidher li n-nirien tkebbsu f’kamra li fiha kellha xi saqqijiet, fil-parti l-ġdida tal-lukanda fejn attwalment qed isir rinnovar.
Numru ta’ persuni li kienu fil-lukanda ġew evakwati bħala prekawzjoni.
Fuq il-post hawn il-Pulizija u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.