Ħadd ma nqabad jikser il-liġi tal-kwarantina obbligatorja. Iżda 4 persuni ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed għaliex inqabdu f’ġemgħat ta’ aktar minn 3 persuni. Fl-aħħar 24 siegħa saru 425 spezzjoni għal min setaq’ jikser il-kwarantina mandatorja.
Il-Pulizija qed tkompli taħdem biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.