Għat-tieni jum konsekuttiv, ħadd ma nqabad f’ġemgħat t’aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi. L-awtoritajiet wettqu 389 spezzjoni fuq il-kwarantina obbligatorja u ħadd ma nstab jikser dawn ir-regoli.
L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.