Ħadd ma ndarab meta fi Triq il-Kulleġġ l-Antik Tas-Sliema għal ħabta ta’ 11:45 ta’ dalgħodu waqgħet struttura tal-ħadid minn sit ta’ kostruzzjoni. Il-pulizija qalulna li kienu r-residenti li ċemplu għall-għajnuna wara li semgħu ħoss kbir.
Fuq il-post immedjatament marru l-ambulanza, membri mill-Korp tal-Pulizija u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
F’dan l-inċident kien hemm involuta mara ta’ 40 sena minn Tas-Sliema, iżda din irrifjutat l-assistenza medika.