Ħadd ma ndarab fi splużjoni li seħħet f’razzett.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart ta’ filgħaxija meta l-Pulizija ġiet infurmata minn sidien ta’ razett li jinsab fl-akwati tal-Bidnija u li għadu fi stadju ta’ kostruzzjoni, li sabu parti mill-post b’diversi ħsarat strutturali.
Fuq il-post marru minnufih il-Pulizija fejn mill-ewwel stħarriġ illi sar irriżulta li l-ħsarat x’aktarx seħħew kawża ta’ splużjoni.
Għaldaqstant intalbet l-assistenza tal-Explosive Ordnance Disposal tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn wara li kkonfermaw li ma hemm ħadd fil-post, kif ukoll ma hemm ħadd midrub, bdiet l-investigazzjoni tal-Pulizija.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco, fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.