Ħadd ma weġġa f’valanga f’Tignes, Franza. Rapporti inizjali kwotaw lil pulizija jgħidu li l-valanga radmet diversi nies.
Temp ħażin fixkel l-operazzjoni ta’ salvataġġ iżda b’xorta tajba ntemmet b’wiċċ il-ġid mingħajr ma nstabu nies imweġġa.
Ir-riskju ta’ valanga f’Tignes kien fuq livell ta’ erbgħa minn ħamsa, u parti mill-istabbiliment tal-iskiing ingħalaq għall-pubbliku.