Kien għall-ħabta tal-4:50 ta’ wara nofsinhar, meta raġel mgħammad daħal jisraq minn ħanut fi Triq San Edwardu kantuniera ma’ Triq Ġuże` Muscat Azzopardi, Ħal Qormi.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad u liebes hoodie daħal fil-ħanut u talab lill-impjegata sabiex ittih il-flus. Il-ħalliel, li kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’ waqt din is-serqa.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Mifsud LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.