Għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu nqata’ cable ta’ tower crane u bajla żgħira li kien fiha terrapien. B’konsegwenza t’hekk, din waqgħet fuq il-bejt tal-Mużew Marittimu u nqasmu żewġ xorok.
Fi stqarrijja maħruġa minn Heritage Malta ntqal li b’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident żgħir u immedjatament ttieħdu l-passi neċessarji biex jiġi assigurat li l-ħsara tissewwa. Intqal wkoll li ma saret l-ebda ħsara lill-kollezzjoni.
Heritage Malta kompliet tgħid l-Mużew bħalissa jinsab magħluq għall-Pubbliku.
F’dan il-mużew bħalissa għaddejjin xogħlijiet b’rabta ma’ proġett ewlieni ta’ restawr ta’ rinovazzjoni.