Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri saħaq li kulħadd għandu dritt jipprotesta b’mod paċifiku.
B’dikjarazzjoni ċara qal li ħadd, inkluż il-pulizija m’għandha dritt ixxekkel dan id-dritt.
Dan b’referenza għal dak li seħħ fil-Mosta meta attivisti tal-Moviment Graffitti ġie miżmum mill-pulizija li kien qed jipprotesta fuq deċiżjoni li ttieħdet mill-Kunsill Lokali kollu li jinqalgħu siġar waqt xogħlijiet li qed isir fil-proġett ta’ tisbiħ tal-pjazza fil-Mosta.
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA spjegat li siġar tat-tip li nqalgħu biex jitħawlu f’post ieħor normalment jinqalgħu f’dan iż-żmien ta’ bejn Novembru u Frar biex jgħixu f’żona oħra.
Is-siġar li nqalgħu se jitħawlu fl-inħawi ta’ Santa Margerita fil-Mosta stess filwaqt li fil-pjazza tal-Mosta se jkun hemm siġar ġodda.
AQRA AKTAR: