F’Ħadd il-Palm, il-Knisja Kattolika tfakkar il-mument li Ġesù Kristu daħal fil-belt qaddisa ta’ Ġerusalemm. Mument li ta bidu għall-passjoni tiegħu.
Waqt il-Pontifikal Solenni fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, l-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles Scicluna ta bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm.

Tul din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm it-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm.
Iċ-ċelebrazzjoni laħqet il-qofol tagħha fl-Evanġelju, fejn inqrat il-Passjoni tal-Mulej skont San Luqa. B’din tirrakonta d-daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm riekeb felu, waqt li n-nies laqgħuh b’għajjat ta’ ferħ u bil-ġrajja kollha tal-Passjoni. B’dan ir-rakkont jerġa’ jinqara f’jum il-Ġimgħa l-Kbira, waqt l-Adorazzjoni tas-Salib tat-tlieta ta’ waranofsinhar.
Il-Ġimgħa Imqaddsa tintemm bħal-lum ġimgħa, bl-akbar festa tal-Knisja Kattolika – dik tal-Għid il-Kbir. B’din il-festa tfakkar il-qawmien ta’ Kristu mill-mewt wara tlett ijiem.