Il-Ħadd 13 ta’ April. Il-Knisja Kattolika se tibda l-Ġimgħa Mqaddsa, li jwasslu għall-akbar festa tal-Knisja Kattolika, l-Għid il-Kbir. Dan propju jibda b’Ħadd il-Palm.
Minbarra li f’diversi parroċċi jkun hemm ir-rit tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ u l-vanġelu bir-rakkont tal-Passjoni ta’ Kristu, f’għadd ta’ parroċċi oħra jsir ukoll il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
B’kollox, isiru erba’ purċissjonijiet.
Ħal Għaxaq u l-Għargħur flimkien mal-Qala u Xagħra, ifakkru l-passjoni ta’ Kristu, bil-vari li jintrefgħu għal triq twila, b’devozzjoni liema bħala.
Sigħat qabel il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, f’Ħal Għaxaq spikka l-entużjażmu tad-dilettanti u l-voluntiera tal-Ġimgħa l-Kbira.
Magħhom kien hemm ukoll diversi voluntiera li joħorġu mat-toroq ta’ din lokalità, sabiex jirrapprezentaw karattri bibliċi ta’ elfejn sena ilu.
Fost dawn kien hemm Kayleigh Cutajar, li għal dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena ħaddet sehem f’din il-purċissjoni billi libset ta’ diversi personaġġi, imma din is-sena se tilbes bħala s-Sultana ta’ Saba.
Hija spjegat li l-ħajra biex tieħu sehem f’din il-purċissjoni nibdet ta eta żgħira.
“Minn meta konnha żgħar, apparti ħruġ oħra tagħna f’dawn iż-żminijiet kienet tkun l-Ġimgħa l-Kbira ta’ Ħal Għaxaq u konnha nduru postijiet differenti. U minn dejjem kont nara l-personaġġi u kont ngħid kemm nixtieq nikber naqa oħra u nieħu sehem, u ovjament qtajt ix-xewqa tiegħi.”
Kayleigh Cutajar
Volontiera oħra li se tilbes bħala waħda min-nisa ta’ Cesare hija Naomi Mizzi, li għal dawn l-aħħar disa’ snin ħaddet sehem f’din il-purċissjoni.
“Kelli nies minn tal-familja tiegħi li kienu jilbsu qabel u għalhekk kienet timbett fiehna dik il-ħajra biex nilbsu fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.”
Naomi Mizzi
Min-naħa tiegħu, Marvic Abela kien wieħed minn tal-bidu li ħa sehem attiv f’din il-purċissjoni bl-ilbies ta’ Farawni. Kollox beda minn missieru, li kien ukoll voluntier attiv f’din il-purċissjoni. Minkejja li għandu l-kostum tiegħu, Marvic kien ukoll reffiegħ.
“Daqxejn ta’ tifel, dak iż-żmien kemm kelna żmien, sittax-il sena. Konnha niġu niġru ġewwa s-saġristija biex nilħqu u titla polza biex nerfgħu l-vari tar-redentur, tal-marbut u anke tal-Ecce Uomo u meta konnha nitilgħu bil-grupp tagħna konnha nieħdu pjaċir li ħa nerfaw dik is-sena fil-purċissjoni.”
Marvic Abela
Iżda għall-Għaxqin, din is-sena hija waħda speċjali hekk kif fil-purċissjoni ta’ għada se toħroġ il-Vara l-Kbira, li giet inawgurata ftit tal-jiem ilu.
Xogħol l-artisti Alfred u Aaron Camilleri Cauchi
Dan anke sabiex ikompli jingħaqad l-ewwel sett ta’ vari tal-Ġimgħa l-kbira f’Malta li ser ikun kollu tal-injam.
“Illum kważi għandna s-sett kollu lest issa, bil-vari kif xtaqna nagħmluhom li huma tal-injam minn artist, il-Kavallier Camilleri Cauchi u t-tifel tiegħu li naħseb għamlu biċċa xogħol sabieħa ħafna għal dan ir-raħal ta’ Ħal Għaxaq.”
Marvic Abela