Mal-mument li deher li mill-inċident ta’ Marsaxlokk ma kien hemm ħadd fil-periklu tal-mewt ittieħdet id-deċiżjoni li l-festa tkompli. Tant li l-banda reggħet bdiet idoqq u saħansitra nħaraq in-nar tal-art, kif jidher f’dan ir-ritratt.
Biex iktar tard il-paroċċa u l-għaqdiet li jorganizzaw il-festa ta’ dan ir-raħal pittoresk ikkonfermaw li kollox se jkompli b’mod normali. Fi stqarrija ntqal:
“Il-Parroċċa ta’ Marsaxlokk, flimkien mal-Għaqda 8 ta’ Mejju, l-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei, u l-Għaqda Ġbir għan-Nar Pompei – Marsaxlokk, juru solidarjetá ma’ dawk involuti waqt l-inċident pirotekniku li seħħ tard is-Sibt filgħaxija f’Marsaxlokk. Wara li l-awtoritajiet ċivili nfurmawna li l-ebda persuna ma hi fil-periklu tal-mewt, il-partijiet kollha qablu li wara li jittieħdu l-prekwazjonijiet kollha, se jsir l-almu kollu biex il-programm imħejji għall-ġurnata tal-Ħadd, Jum il-festa, ikompli kif ippjanat.”
Il-paroċċa l-għaqdiet aawguraw fejqan ta’ malajr lill-midruba u dawk kollha li kienu involuti, u wiegħduhom it-talb.
“Nirringrazzjaw lill-korpi dixxiplinati kollha u l-mediċi tal-assistenza tagħhom f’dawn il-mumenti,” qalet l-istqarrija.