Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Pellegrinaġġ bil-Muturi f’jum il-festa ta’ Santa Marija, nhar l-Erbgħa 15 ta’ Awwissu 2018.
L-inizjattiva qed tittieħed minn żewġ parroċċi dedikati lil Marija Assunta, fil-jum tal-festa solenni tal-Assunta li jkun ukoll jum ta’ btala pubblika.
Is-sewwieqa tal-muturi qed ikunu mistiedna jinġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr fid-9.30 a.m. Il-pellegrinaġġ jitlaq fl-10.00 a.m.
Hu maħsub li l-muturi jaslu Ħad-Dingli ftit qabel il-11.00 a.m. fejn mal-wasla ħdejn il-Knisja Arċipretali jsir it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa li jingħataw tifkira.