Sogħba kbira f’Ħad Dingli u fid-Dipartiment tal-Kriminoloġija, li tilfu kunsilliera u kap tad-dipartiment fl-Università ta’ Malta.
Jacqueline Azzopardi tat servizz lill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli fit-tielet, ir-raba’ u s-sitt leġislatura u kienet saħansitra l-ewwel Kunsilliera mara.
Il-Kunsill Lokali esprima solidarjetà u kondoljanzi lill-familja u l-qraba ta’ Jacqueline Azzopardi, f’dan il-mument ta’ sogħba.
Is-Sindku Sandro Azzopardi spjega li Jacqueline tat kontribut siewi fil-Kunsill u fil-komunità Dinglija, anke mill-aspett ra’ studju fuq il-kriminalità fir-raħal għall-proġett 2020.
“Kienet mara dħulija ħafna, dejjem bi tbissima u lesta biex tgħin” – hekk iddeskriva lil Jacqueline.
Propju inqas minn xahar ilu, Jacqueline wriet kuraġġ u gratitudni.