Hacker li seraq mas-600 miljun dollaru Amerikan f’valur ta’ cryptocurrency ġie offrut premju ta’ $500,000 u immunità sabiex jirritorna l-flus.
Il-pjattaforma tal-crypto Poly Network għamlet din l-offerta kontroversjali.
Iżda, eks uffiċjal tal-FBI saħaq li kumpaniji privati m’għandhomx awtorità li jwiegħdu l-immunità mill-Prosekuzzjoni Kriminali.
Din se titniżżel bħala l-akbar serqa fl-istorja.
Il-hacker irritorna l-flus għaliex l-intenzzjoni finalment ma kinetx li jinsterqu l-flus. FI stqarrija, Poly Network qalet li l-hacker kixef parti mis-sistema li hija vulnerabbli għal dawn it-tip ta’ attakki.
Ritratt: Getty Images