Nar kbir ħakem binarji tal-ferrovija fiċ-ċentru tal-Messiku wara ħabta ta’ trakk li kien qed iġorr il-fjuwil.
Qed jiġi rrapportat li aktar minn 1,500 persuna ġew evakwati minn djarhom wara li numru ta’ karozzi u djar spiċċaw fjamma waħda.
B’xorti tajba s’issa għadhom ma ġewx irraportati fatalitajiet, madanakollu xi persuni ttieħu l-isptar.
Il-pulizija arrestaw lis-sewwieq tat-trakk, li s’issa għadha mhix magħrufa d-dinamika ta’ kif seħħet il-ħabta.
Bħalissa, 200 pumpier qed jipprovaw irażżnu n-nirien.