Inċident tat-traffiku minuri seħħ f’Bir id-Deheb dalgħodu, li għalkemm ħadd ma ndarab fih u l-vetturi kellhom biss xi grif, is-sitwazzjoni kompliet iżżid mal-konġestjoni tat-traffiku fin-nofinhar ta’ Malta.
L-inċident huwa sempliċi bumper to bumper, b’waħda mill-karozzi hija tal-Korp tal-Pulizija. Dan seħħ f’Bir id-Deheb, bejn Ħal Għaxaq u ż-Żejtun.