Tliet persuni ddaħħlu l-isptar wara li dalgħodu kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar, fi Triq Trunċiera.
Il-ħabta head-on seħħet bejn karozza tat-tip Audi misjuqa minn Bulgaru ta’ 34 sena residenti f’San Pawl il-Baħar u van tal-ħobż tat-tip Peugeot misjuq minn raġel Malti ta’ 50 sena.
Flimkien max-xufier ta’ 34 sena kien hemm raġel Bulgaru ieħor li għandu 46 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar.
It-tliet persuni ddaħħlu l-isptar għall-kura. Il-Malti ġie ċċertifkat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. Ir-raġel Bulgaru ta’ 34 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li r-raġel l-iehor ta’ 46 sena qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Ritratt: Shaun Borg